Kien is-16 ta' Lulju 2003 meta Dun Norman Zammit (il-Vici Kappillan ta' dak iz-zmien) hareg bl-idea li titwaqqaf ghaqda specifikament ghaz-zghazagh. Wara diversi laqghat li kienu saru fis-sajf ta’ l-istess sena, l-Luqa Youth Center (LYC) rat il-bidu taghha nhar l-Erbgha 24 ta’ Settembru 2003 billi, matul l-ewwel laqghat ta' kumitat, gew approvati l-istatut u l-karigi rispettivi sabiex din l-ghaqda tibda tahdem.

Dun Norman Zammit zamm il-kariga ta' direttur spiritwali, Antoine Muscat bhala chairman, Ian Ellul bhala segretarju, James Aquilina kaxxier u Lorretta Spiteri PRO.

L-ghan principali hu li jkun hemm post ta’ taghlim u rikreazzjoni ghaz-zghazagh gewwa r-rahal ta’ Hal Luqa. It-twaqqif ta’ l-ghaqda kien pass importanti peress li ghal zmien twil ma kien hawn l-ebda ghaqda ghall-formazzjoni taz-zghazagh f'din il-parrocca.

Ghall-bidu l-LYC bdiet tiehu hsieb il-quddies tal-Hadd ta' l-10:30am. Wara li n-numru ta’ zghazagh beda jizdied, l-LYC bdiet torganizza sensiela ta’ laqghat bis-sehem principali tad-direttur spiritwali. Inizjalment dawn kienu jsiru kull nhar ta’ Tlieta izda l-gurnata ma damitx wisq biex tinbidel f'nhar ta’ Gimgha biex l-attendenza miz-zghazagh tkompli tizdied.

Il-bidu sehh fil-kappella tac-Centru Parrokkjali iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Izda f’ Lulju ta' l-2005, il-Kappillan Dun Karm Camilleri ta l-post prezenti li ftit xhur qabel kien qieghed iservi ta' skola.

Matul dan iz-zmien li ilha mwaqqfa l-ghaqda kompliet torganizza attivitajiet kemm ta' natura spiritwali - bhall-ezercizzi tar-Randan - kif ukoll ta' natura rikreattiva - fosthom hikes, bar-bee-ques, discos, car washes, pasta nights. L-ikbar attivita' tikkosisti fil-Lejla Hal Luqija li tittella' lejn nofs is-sajf.

Illum il-gurnata l-LYC hija mmexxija minn kumitat ta’ seba' min-nies. Ic-chairman responsabbli mill-grupp huwa James Aquilina filwaqt li Dun David Farrugia (il-Vici attwali ta' Hal Luqa) huwa d-direttur spiritwali. Attwalment bhala membri qeghdin bejn 35 u 40 persuna.

Barraminhekk l-LYC ghandha rapprezentanza permanenti fil-Kunsill Pastorali Parrokjali, kif ukoll hija membru fi hdan il-Kummissjoni Adolexxenti u Zghazagh tal-Parrocca.