NIPPREPARAW … BIEX NIGRU - Dan hu ir-Randan
Normalment meta nsemmu r-Randan infissru zmien biex nieqfu ftit mill-giri tal-hajja taghna ta’ kuljum u niffukaw ftit l-attenzjoni taghna fuq ir-relazzjoni taghna mal-Mulej l-aktar billi niffukaw fuq il-qalba tal-fidi nisranija: il-passjoni, il-mewt, u l-qawmien ta’ Kristu – il-Misteru ta’ l-Ghid. Pero’ eghziez zghazagh din is-sena nixtieq li nharsu u nghixu r-Randan bhala zmien ta’ PREPARAZZJONI biex NIGRU.
Din minn fejn gibtha Father – Nigru? Mhux bizzejjed ghandna giri f’hajjitna?
giri sfrenat biex inlahhqu mal-hin.
Biss biss jekk inharsu lejn il-genituri taghna naraw li hajjithom hi kkaratterizzata minn giri:
minn xoghol ghal xoghol;
minn qadja ghal ohra sew jekk id-dar u sew jekk fit-triq sew jekk ghand xi familjari;
ma’ hutna, jew sahansitra anke maghna, giri mill-iskola ghall-privatijiet, ghad-duttrina ghal xi talent bhalma huma l-muzika u z-zfin.
U ahna? Le m’ghandniex giri f’hajjitna?!:
Iva, ghandna giri f’hajjitna. Imma nahseb li fiz-zghozija, ahna min ahna u indipendentement mis-sura u mill-gosti li ghandna, ghandna bzonn naghmlu GIRJA tajba, GIRJA bi skop car, allavorja forsi ma nafux fejn ser tehodna ezatt u x’ser tkun tirrikkjedi minna.
Ghalhekk, qabel ma nghidilkom x’girja jehtiegilna naghmlu, ha nghidilkom kif ghandna bzonn inhejju ruhna u nippreparaw sew ghal din il-GIRJA, ghax jista’ jkun li taqtghalna nifisna bhal hafna giri iehor, li jista’ jferrahna ghal mument imma mbaghad idejjaqna.
Kif? Billi, fuq il-parir tal-Kelma ta’ Alla stess li tinqara f’Ras ir-Randan, specjalment fid-dawl ta’ Mt 6:1-16, niffukaw fuq 3 elementi essenzjali li rridu nezaminaw lilna nfushom fuqna dan ir-Randan:-
1. Ezercizzju: Karita’
o Mt 22:37 - “hobb lil Mulej Alla tieghek b’qalbek kollha, b’ruhek kollha, u b’mohhok kollu”
Tajjeb li naraw qalbna u mohhna fejn qeghdin u nuru rispett lil min hu qrib taghna, ibda mill-familjari u l-hbieb taghna.
o 1 gw 3:18 - “Uliedi ma nhobbux bil-kliem u t-tpacpic, imma bil-ghemil u bil-verita’”
U x’ifisser dan ghajr li nevitaw l-ghazz, il-hela ta’ hin, u l-kliem fil-vojt u ncaqalqu idejna u mmattru saqajna biex:
i. niehdu l-istudji, l-impenji u x-xogholijiet bis-serjeta’;
ii. fejn u skond kif nistghu nghinu lil xi persuna li titlobna pjacir bhal xi hin biex nitkellmu maghha u nisimghuha;
iii. inkunu nies li nilqghu b’responsabbilta’ u maturita’ lil zghazagh ohra fil-grupp taghna u mhux nimxu bil-prattika tal-klikek.
2. Vitamini: Talb
o Mt 22:37 - “hobb lil Mulej Alla tieghek b’qalbek kollha, b’ruhek kollha, u b’mohhok kollu”
Il-Mohh, flimkien mal-hin u l-attitudni taghna, huwa importanti wkoll biex l-ewwelnett nevitaw hsibijiet fiergha u pregudizzji fuq ta’ madwarna, izda wisq aktar biex inrawwmu fina u fil-progetti kollha taghna, ikunu xi jkunu, il-hsieb ta’ Alla u tat-tjieba tieghu.
o Salm 81:9 - “Israel, mhux li kont tismaghni!”
L-gherf u l-vera maturita’ l-aktar li jispikkaw fina huwa meta naghrfu nibqghu pass lura mid-diskors u ninvestu f’widna tajba u sensittiva li:
i. tinjora kliem bla sens u mhux xieraq flimkien ma’ qlajjiet fuq l-ohrajn;
ii. tisma’ il-Kelma ta’ Alla u ta’ dawk ta’ madwarna u thalli l-messagg tieghu jidhol f’mohhna u f’qalbna biex inkunu nistghu nirrisponduh bi kliem u gesti onesti sincieri.
3. Dieta bilancjata: Sawm
o Mt 6:22 - “Jekk ghajnek hija safja, gismek kollu jkun imdawwal”
Il-Ghajnejn huma t-twieqi tal-qalb jghidilna qawl Malti. U tassew hekk hu. Ghalhekk irridu naraw li ghajnejna ma jinqabdux f’hars nieqes minn rispett u mhabba, u spettakli – l-aqwa li nidhru cool – li ma jibnuniex ghax huma bbazati fuq l-egoizmu. Fuq kollox irridu nitghallmu l-attitudni li nharsu lejn id-dinja, l-affarijiet u l-persuni b’ghajnejn safja u fit-tajjeb.
o Mk 7:24 - “Effeta ..., Infetah ...”
Xi hadd qal: Alla ghamel 2 sillaturi lill-ilsienna – is-snien u x-xofftejn – biex tassew meta jintuza, jintuza kemm jista’ jkun b’responsabbilta’. Ghalhekk meta nifthu l-Fomm taghna irridu naraw li:
i. innaqsu mid-doza ta’ tgergir u gieli anke kliem hazin fuq min ma jaqbilx maghna jew igieghelna nsofru;
ii. inzidu fid-doza ta’ talb, kemm personali, kemm ma’ shabna jew fil-familja, u kemm fil-knisja.
o Salm 118:103 “Kemm hi helwa l-weghda tieghek, Mulej!”
Izda b’fommna mhux biss nitkellmu imma ntghomu wkoll. Ghalhekk tajjeb li nitrazznu ftit:
i. fl-ikel u napprezzaw aktar l-isforz biex issajjar l-ikel minn tad-dar;
ii. fil-ftahir u fl-esibizzjonizmu jew anke fin-nuqqas ta’ low self-esteem;
iii. fil-hinijiet ezagerati nicchatjaw bl-MSN jew l-SMS jew quddiem it-televixin, ecc.
U dan naghmluh biex ikollna il-possibilta’ u l-hin biex induqu, niggustaw u nxandru b’dak li naghmlu l-Kelma ta’ Alla.
Personalment inheggigkom biex infittxu hin halli naqraw xi vers jew silta qasira mill-Evangelju kuljum. U dan nistghu naghmluh billi nfittxu xi sites li per ezempju jaghtuna l-Evangelju tal-gurnata u xi riflessjoni qasira fuqu.
U b’din il-preskrizzjoni ejjew nippreparaw ruhna sew halli nkunu nistghu naslu ghal mument ta’ Ready, Steady, Go … (Ezerizzi zghazagh 2007) u hekk inkun lesti tassew ghall-GIRJA li rridu naghmlu. Biex tkunu tafu liema GIRJA stennew l-artiklu tal-gimgha Mqaddsa u l-Ghid.
Sa ma nergghu niltaqghu: barka, sliem, u sahha, specjalment ghal dan ir-RANDAN.
Fr David Farrugia