Merhba Fid-Dar Il-Gdida Taghna z-Zghazagh

 

Illum qeghdin niccelebraw il-ftuh ufficjali tal-post fejn niltaqghu ahna z-zghazagh. Il-post mibdul kif inhu llum gie wara hafna sagrificcji li ghamlu diversi zghazagh biex il-post jigi mibdul. B’hekk illum inhossni kbiru li bhala chairman li qieghed nmexxi dan il-grupp ghandu post dicenti li jilqa` sew ghaz-zghazagh.

 

Minn Fejn Bdiet LYC?

 

L-ewwel laqghat li  bdew isiru kien gewwa l-kappella tal-Madonna tal-Karmnu fic-centru parrokjali. Il-laqghat damu ghal diversi xhur isiru f’din il-kappella. Il-kumitat kien ilu jitlob ghal post iktar dicenti li jappella ghaz-zghazagh. Il-kappillan min naha tieghu kien wieghed li la darba johorgu l-istudenti mill-post, kien ser jaghtih lil LYC biex ikun il-post ufficjali taghha. F’Lulju tas-2005 il-Kappillan ta dan il-post lil Luqa Youth Center.

 

Bejn Lulju u Settembru bdew isiru l-ewwel laqghat biex iz-zghazagh ikunu jistghu jidraw il-post. Izda il-htiega li post isirlu refurbishment bdiet tinhass iktar ma beda jghadi z-zmien. Il-kuluri tal-post kienu barra l-kuntest taz-zminijiet tal-lum.

 

Xoghol Ta’ Refurbishment

 

L-ewwel xoghol ta’ refurbishment beda lejn l-ahhar ta’ Settembru 2005. L-ewwel fazi ta’ dan il-progett kienet tikkonsisti f’tibjid lil hitan. B’hekk stajna ta’ lanqas inbidlu l-ambjent tal-post ghal wiehed vivaci. Ma’ dan kien hemm xoghol kbir ta’ tindif specjalment fuq ruf li hemm gewwa l-kcina. Din il-fazi kienet lesta sa Novembru ta’ dik is-sena stess.

 

It-Tieni Fazi Ta’ Refurbishment

 

F’Settembru tas-sena li ghaddiet kompliet it-tieni fazi ta’ xoghol fuq ta’ tsibih fic-centru. F’din il-fazi tkompla x- xoghol li kien ghad fadal isiru fil-kurritur tal-post. Fis-sala fejn isiru il-laqghat twahlet ukoll l-istands tad-dawl. B’hekk stajna inbidlu l-atmosfera skond ic-cirkustanzi tas-suggett tal-laqghat. Fl-istess hin beda x-xoghol ta’ zebgha fuq it-twieqi tas-sala. 

 

Fi Frar li ghadda beda x-xoghol fil-kamra fejn jiltaqa` l-kumitat centrali. Il-kamra inghatat dehra gdida ghal kollox b’kuluri li jolqtu l-ghajn. Kien f’dan iz-zmien meta fil-kumitat bdew id-diskussjonijiet biex jinbidlu l-purtieri ta’ sala u l-kmamar l-ohra.

 

Lejn l-ahhar ta’ April tajna bidu biex il-kcina isirilha xoghol urgenti ta’ tibjid u tikhil. F’temp ta’ tlett ijiem u bl-ghajnuna ta’ diversi zghazagh il-kcina kienet lesta mit-tibjid kollhu. Ghal bidu ta’ Mejju inxtara d-drapp kollu tal-purtieri u immedjatament wara bdiet il-hjata tal-purtieri.

 

Minn issa l-quddiem.......

 

Kif ser taraw illum il-post inbidel kompletament biex issa nistghu nghidu li Hal-Luqa ghandha centru parrokjali tal-ghola kwalita`. Kull zghazugh ghandu jkollu r-resposnabilita` li jibza’ ghal post li sewwa ammont kbir ta’ liri. Dak li qed taraw illum huwa biss frott ta’ hidma li ilha ghaddejja ghal dawn l-ahhar tlett snin u nofs minn meta l-ghaqda taghna z-zghazagh twaqqfet ufficjalment.  Qabel naghlaq nappella lilkom li ghogbkom taqsmu l-ferh taghkom maghna biex izuru id-dar virtwali l-gdida taghna www.luqayouthcenter.org!!!
 

BACK TO INDEX