Pagna Gdida Fl-Istorja Tac-Centru

Nhar il-Hamis 13 ta’ Gunju saret l-ewwel laqgha bejn il-kumitati tal-Luqa Youth Center u l-Youth Center ta’ Hal Balzan. Il-laqgha kien wahda tassew kordjali u saret gewwa c-centru parrokjali ta’ Hal-Balzan fejn gew diskussi diversi oqsma fejn iz-zewg ghaqdiet jistghu jikkoperaw fil-futur ma’ xulxin u jitghallmu mill-esperjenzi ta’ xulxin. Il-kumitat ta’ Hal Balzan offra wkoll l-ghajnuna fuq pariri li ghandha x’taqsam mat-tmexxija ta’ centru parrokjali. Fl-ahhar iz-zewg partijiet qablu li dan is-sajf ser jippruvaw ittelghu attivita` flimkien.

BACK TO INDEX