KOMPETIZZJONI
Ghall-MOTTO u l-LOGO TAT-375 SENA PARROCCA

Fl-okkazjoni tat-375 sena ta’ Hal Luqa bhala Parrocca, li ser nkunu qed niccelebraw flimkien matul is-sena 2008-2009, il-Kleru flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali qed iniedi kompetizzjoni ghal-LOGO u l-MOTTO li jistghu jghinuna aktar biex nifhmu u nghixu dan l-anniversarju u nikbru aktar fil-fidi taghna.
1. IL-MOTTO
Il-MOTTO – igifieri sentenza / frazi qasira li trid tmexxina matul din is-sena – m’ghandux ikun ta’ wisq kliem, (biex wiehed jiftakru malajr) u possibilment ikun:
i. Jirrifletti aspett ta’ fidi u l-hajja nisranija; jew
ii. Mehud mill-Ittri ta’ San Pawl, anke minhabba l-fatt li bhala Knisja ser inkunu qed nghixu s-sena ddedikata lil San Pawl li diga ser ikollha l-motto: "Agħmlu kollox f'isem il-Mulej Ġesu" (Kol 3,17); jew
iii. Frazi mill-Bibbja li tkun marbuta ma’ Sant’ Andrija.
N.B. Mal-Motto tinghata raguni bil-miktub ghalfejn intghazlet din il-frazi.
2. IL-LOGO
IL-LOGO – igifieri disinn li jrid ifakkarna f’din ir-realta’ tat-375 parrocca – irid ikun:
i. Jinkludi xi aspett marbut ma’:- Fidi Nisranija Realta’ tal-Parrocca 375 sena
Knisja Parrokkjali Sant’Andrija Hal Luqa
ii. Semplici, sabiex jinftiehem malajr;
iii. Ipprezentat kemm bil-kulur u kemm monokromatiku – kulur wiehed;
iv. Kompjuter-friendly - .jpeg. jew .bmp
N.B. Mal-Logo tinghata deskrizzjoni bil-miktub ta’ l-elementi li jinkludi u x’messagg jixtieq jitwassal.
3. IL-PARTECIPANTI tal-Kompetizzjoni
Il-partecipanti jistghu:
i. ikunu ta’ kwalunkwe eta’;
ii. mhux bilfors ikunu minn Hal Luqa;
iii. jiehdu sehem kemm fuq bazi individwali u kemm fuq bazi ta’ grupp, ez. 2 jew 3 persuni; u
iv. jipprezentaw aktar minn motto u logo wiehed.
4. IZ-ZMIEN tal-Kompetizzjoni
Il-partecipanti kollha jridu jissottomettu x-xoghol taghhom lill-Kappillan / Vici jew jintbghatu fuq parish_l@maltanet.net sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Gunju 2008 sabiex eventwalment il-Motto u l-Logo rebbieha jithabbru ghall-gimgha tal-Festa ta’ Sant’ Andrija. Eventwalment ix-xogholijiet kollha li jkunu tressqu jigu esebiti b’mod xieraq f’data li tithabbar aktar ’il quddiem.
5. Il-PROCESS biex jintaghzel il-Motto u l-Logo
70% - Gurija ta' 4 persuni li ser tkun qed tanalizza l-materjal kollu pprezentat mill-partecipanti
30% - Televoting billi juru l-preferenza ghal-logo u motto li n-numru tieghu ikun jidher tahtu u dan jintbaghat permezz ta’ sms fuq il-mobile no.: 79424994, li ser ikun qed jintuza ghall-kompetizzjoni biss.
- F'kaz li jintbaghat aktar minn sms wiehed, l-ewwel messagg biss ikun meqjus bhala dak li hu validu.
- Eventwalment it-Televoting ser idum miftuh sa nhar il-Erbgha (11/06/08) f'nofs il-lejl.
- Naturalment, kull numru tal-mobile jibqa’ kunfidenzjali, konformi mad-data protection act.
6. Ir-RIZULTATI u l-UZU tal-Motto u l-Logo
Ir-rizultati ser ikunu uploaded u jithabbru wara li jkun lest il-process kollu, u l-Motto u l-Logo rebbieh isiru proprjeta’ tal-Parrocca Sant’ Andrija, Hal Luqa biex jintuzaw matul is-sena li se tfakkar dan l-avveniment.
Nistennew l-interess u l-koperazzjoni taghkom. Grazzi. Ufficcju tal-Kappillan