Lejla Hal-Luqija 2007
 
Bhal kull sena il-Luqa Youth torganizza il-Lejla Hal-Luqija, fejn iz-zghazagh jinghataw l-opportunita` li juru it-talent taghhom. F' laqgha tal-kumitat li saret nhar it-Tlieta 3 ta' Lulju, il-kumitat qabel li din l-attivita` ser ssir nhar il-Gimgha 7 ta' Settembru 2007 fil-bitha tac-centru bhas-snin l-ohra.
 
Din is-sena ser ssir ftit tard minhabba li sitt persuni mill-kumitat tal-Luqa Youth Center ser ikunu qeghdin jippartecipaw fi programm tal-Unjoni Ewropea bejn is- 17 u 30 ta' Awissu gewwa Hajdúszoboszló fl-Ungerija. Iktar dettalji ser jinghataw iktar tard.  
 
Dawk iz-zghazagh li huma interessati juru it-talenti taghhom gentilment ghandhom jikkuntatjawna fuq l-email info@luqayouthcenter.org .
 
Kumitat Luqa Youth Center

 

BACK TO INDEX