Grazzi u Awguri Fr. David Farrugia
Nhar il-Sibt 21 ta’ Awwissu thabbret l-ahbar li Fr. David ser jinhatar Kappillan tal-Junior College. Bla dubju ta’ xejn din l-ahbar gabet ferh izda ukoll dispjacir li kien ser ihallina. Fr. David attenda l-ewwel laqgha tal-kumitat f' Settembru 2006 fejn minn hemm kwazi attenda kull laqgha tal-kumitat u kull laqgha li saret kull nhar ta’ Gimgha. Il-Luqa Youth Center mill-bidu nett ta’ twaqqif taghha gharfet li tikkopera mija fil-mija mal-parrocca. Permezz ta’ Fr. David din il-kooperazzjoni kompliet tistahah u tmur iktar il-quddiem.
Fr. David jew ahjar kif konna nsibuh bhal il-Vici stinka hafna sabiex ittella livell gholi u professjonali fejn jidhlu l-ezercizzi. Sakemm kien fil-kumitat kien propona ukoll li jiddahhal il-kuncett ta’ post eveluation wara kull laqgha jew attivita` li ssir fic-centru. Fr. David huwa konxju kemm il-mezzi moderni tat-tekonologija huma ta’ potenzjal kbir ghal-outreach fost iz-zghazagh. Ukoll jemmen li tekonolgija tista tintuza fil-pastorali. Dan stajna narawh attwalment tul l-ahhar erbgha snin.
Fr. David Farrugia huwa deletant kbir tal-arti. Mhux l-ewwel darba li ntalab il-parir siewi tieghu meta kien qieghed ssir xi progett fic-centru. B’mod specjali kien ta' pariri tajbin meta sar refurbishment shih fic-centru u meta sar ukoll il-progett tas-sala.
Tul l-ahhar erba` snin iltaqjna mad-diversi problemi u realtajiet godda li ilkoll nistghu nghidu tghallimna minnhom. Ma jfissirx li konna naqblu dejjem, izda sens kommun gharafna li niehdu l-ahjar decizjonijiet ghal-gid tac-centru. Mill-ghad fejn jidhlu zghazagh Fr. David dejjem kien dispost li jisma liz-zghazagh meta gie rikjest li jaghmel dan anke jekk wara l-hinijiet normali ta' xoghol. Zgur li fost il-Hal Luqin ser jibqa mfakkar u mhabub bhala wiehed mill-aktar vicijiet li hadem b'risq il-komunita` Hal Luqija. F'dawn l-erba' snin stajna ninutaw kemm Fr. David kien jinzel verament ghal livell taz-zghazagh. Fejn kien hemm bzonn l-ghajnuna ma kienx jahsiba darbtejn ixxammar l-kmiem u jaghti s-sehem tieghu.
F’Mejju li ghada membri mic-centri ta’ Unita Pastorali (i.e Hal Luqa, Rahal Gdid, Santa Lucija, Hal Tarxien) iltaqghu ghal l-ewwel halli li jkun hemm iktar kooperazzjoni bejn centri tal-madwar. Hawnhekk ukoll Fr. David stinka biex din l-idea tigi attwata u filfatt l-ewwel frott taghha ser narawh lejn l-ahhar ta’ Ottubru li gej, meta ser tittella l-ewwel attivita` minn din l-Unita Pastorali.
Il-kumitat flimkien mal-membri tal-Luqa Youth Center jixtiequ jawguraw kull success fil-hidma tieghu maz-zghazagh. Bla ebda dubju ser ikun qed jaqdi dmiru b'dak kollu possibli fost iz-zghazagh tal-Junior College .
James Aquilina
Chiarman - Luqa Youth Center
Ara ukoll artiklu iehor minn Neil Zammit fuq il-website tal-parrocca : http://www.freewebs.com/avvenimenti/