Sant’ Andrija Apposltu: Waslet il-Festa’ ta’ Qaddis Zghazugh

 

Forsi hawn min jghidli: “Father, mela ghajnejk mhux f’wiccek? Mela qatt ma nnotajt li Sant’ Andrija dejjem jigi muri bhala persuna mdahhla fiz-zmien. Hares ftit lejn l-istatwa taghna u lejn l-inkwadru principali li juri l-martirju ta’ dan il-qaddis.” 

 

Bla dubju ma tistax tmeri din ir-realta’ li turina l-arti u li jixhduhulna l-istorja u t-tradizzjoni. Imma personalment inhoss li dan il-qaddis ghandu valuri tassew importanti ghaz-zghazagh u li jaghmluh qaddis zghazugh, u li fuq kollox ghandu ghall-qalbu iz-zghazagh.

  

Ejjew nikkunsidraw 3 fatti Biblici:

1.      L-ewwel darba li niltaqghu ma’ Indri huwa fi gw 1:35-42, meta gwanni l-Battista wera lil gesu’ bhala l-haruf t’Alla. Indri, dixxiplu ta’ Gwanni, flimkien ma’ dixxiplu iehor, jisma’ minn din l-indikazzjoni u jaghmel ghazla radikali: imur wara gesu’ u jistaqsieh fejn jghammar. L-istedina ta’ Kristu, “Ejjew u taraw”, inbidlet f’opportunita’ biex tinbena relazzjoni ta’ hbiberija gdida u intima. Forsi hawn min jirraguna li meta nharsu ftit lejn din is-sitwazzjoni, allura Indri spicca biex qabbel fejn jaqbillu.  Imma l-verita’ hi li Indri kien kontinwament qed ifittex il-verita’. Fi gwanni sab ghajnuna; fi Kristu sab il-Verita’: “Sibna l-Messija.”

Dan hu messagg car li r-relazzjonijiet ta’ bejnietna huma importanti imma fid-dawl tar-relazzjoni taghna ma’ Alla. Bhala zghazagh irridu nibqghu infittxu l-verita’ u npoggu lilna nfusna bhala ghajnuna ghal xulxin biex insahhu r-relazzjoni taghna ma’ Alla u nahsbu bis-serjeta’ fuq dik li hi vokazzjoni is-sejha ta’ Alla ghal hajti. Tajjeb li bhala zghazagh niehdu dan il-fatt bis-serjeta’ u nirriflettu fuqu biex hekk niehdu u naghtu li nistghu minn hajjitna u b’hajjitna. Naturalment ma nistghux imbaghad nittraskuraw lill-ohrajn. F’hajjitna ahna irridu sempliciment naraw li nqieghdu kollox postu f’ordni ta’ prijoritajiet. 

2.      Indri jispikka ghal darb’ohra fi gw 6:1-15: gesu’ bhal donnu jimbex lill-Appostli u jghidilhom, specjalment lil Filippu, biex jaghtuhom huma x’jieklu lid-dixxipli. Filippu jikkalkula u jikkonfondi. Indri, hu Xmun Pietru, jidhol fix-xena u juri li, minkejja li jikkonfondi ukoll, hu aktar prattiku: “Hawn tfajjel li ghandu hames hobziet u zewg hutiet; imma dawn x’inhuma ghal daqshekk nies?”

U hawn tajjeb li bhala zghazagh nuru attenzjoni specjali lejn zghazagh ohra, anke jekk dawn ma jkunux midhla taghna.  Izda, barraminhekk tajjeb li fuq kollox niffukaw, mhux fuq id-difetti ta’ xulxin ghax dan facli jizviluppa fi kritika distruttiva, li teqred u ghaldaqstant ma taghmilx gid imma pjuttost fuq dak il-ftit potenzjal, bhalma huma t-talenti u l-kwalitajiet, li nistghu nizviluppaw.  Hemm bzonn naghmlu kuragg lil xulxin u dak li l-Mulej zejjinna bih napprezzawh, inkabbruh, u noffruhulu billi npogguh ghad-dizpozizzjoni ta’ dawk ta’ madwarna. Alla biss jaf x’gid jista’ jsir minn dawn il-kwalitajiet u t-talenti.

3.      Fi gw 12:20-22 insibu li xi Griegi xtaqu jaraw lil Gesu’ u dawn marru ghand Filippu. Min-naha tieghu FiIippu mar jghid lil Indri, u mbaghad it-tnejn flimkien marru jghidu lil Gesu’.

Dan jurina l-importanza li nkunu midhla mal-Mulej u nkunu kapaci inlaqqghu lill-haddiehor mieghu. Bhala zghazagh irridu niddedikaw hin lill-Mulej, irridu nsiru ta’ gewwa mieghu l-aktar permezz tat-talb kemm personali u kemm komunitarju, u b’hekk ma nibzghux inlaqqghu lil persuni ohra.  Il-Kredibilta’ tal-Mulej hija riflessa fil-hegga li nuru fir-relazzjoni taghna mieghu.  Xi drabi jista’ jaghti l-kaz li nhossuna nghejjew jew nibirdu imma irridu nmorru ftit kontra l-kurrent.

 

Personalment inhoss li dawn il-valuri huma importanti mhux biss ghall-eta’ taz-zghozija imma ghal hajjitna kollha. Ghalhekk naghmlu tajjeb jekk din il-festa, aktar milli nfittxu biss dak li jsebbah ftit u jghaddi, inhalluha timmarka lil hajjitna f’dawn l-aspetti.

Waqt li nawguralkom il-Festa t-Tajba nheggihkom biex ma ninsewx li dak li nipprattikaw fic-celebrazzjonijiet taghna ghandu jkun rifless ta’ dak li tassew ahna msejjha biex nemmnu Fih. Barraminhekk inheggigkom fuq kollox biex nibzghu ghal xulxin u li fid-divertiment taghna ma ninkwetaw lil hadd.

 

Dun David Farrugia

BACK TO INDEX