LUQA YOUTH CENTRE – REALTA’, SFIDA, PROGRAMM
Luqa Youth Centre: X’qed niccelebraw? Imma ghaliex? Ghalfejn?
Ippermettuli nwegibkom hekk: Qed niccelebraw REALTA’, biex nilqghu SFIDA li ghandna bhala socjeta’, halli nwettqu PROGRAMM li jibnina u jkabbarna bhala komunita’ nisranija.
1. IR-REALTA’ – Nifthu CENTRU TAZ-ZGHAZAGH
Hbieb, bil-ftuh tac-Centru qed niccelebraw realta’: dik taz-zghozija – realta’ tassew sabiha fil-hajja pero’ iebsa ukoll: sabiha ghax il-persuna zghazugha taf tizviluppa diversi holm u ideali li jaghtu skop partikulari lill-hajja rispettiva taghha; u iebsa ghax trid tara kif taghraf u twettaq dak l-ideali fil-prattika, u ghaldaqstant jehtiegilha tkun perseveranti u kuragguza quddiem id-diffikultajiet li jinqalghu. Hekk hu, hbieb, qed niccelebraw din ir-realta’ ta’ energija u hegga, ta’ dubju u xi kultant solitudni u qtiegh ta’ qalb ukoll. Qed niccelebraw, iva, il-ftuh ta’ centru, punt ta’ referenza, fejn dawn l-aspetti taz-zghozija inlaqqghuhom flimkien, f’realta’ li lkoll kemm ahna, bhala komunita’ parrokkjali u socjeta’ civili, ghandna ghal qalbna: iz-zghazagh, il-futur ta’ Malta u tad-dinja li qed nghixu fiha.
2. L-ISFIDA – Inqieghdu iz-ZGHAZAGH fic-CENTRU
Imma biex din ic-celebrazzjoni tkun gustifikata u f’postha, lkoll irridu naghrfu li z-zghazagh jentiegilna nqeghduhom fic-centru. Tifhmuniex hazin: mhux ser naqbdu z-zghazagh u bhal figuríni inqieghduhom f’dan il-post biex inserrhu l-kuxjenza taghna u nghidu: “ara ghandna post jghodd ghalihom,” bhal fatta biex nuru li issa imtela vojt fis-socjeta’ taghna: “ghax iz-zghazagh taghna m’ghandhomx fejn imorru”. Din mhijiex il-verita’ ghax nafu bizzejjed li meta jridu iz-zghazagh taghna jafu jaghzlu u jafu johorgu (u jdumu ukoll), u zgur li ma nistghux inqabbluhom ma’ persuni li jekk tqieghedhom f’post ser jibqghu. Inqieghdu z-zghazagh fic-centru ifisser li noholqu ambjent ta’ hsieb u azzjoni fejn tassew iz-zghazagh, b’dak kollu li huma u li jfissru, jkunu centrali fl-istil tal-hajja u fil-policies ta’ l-ghixien taghna. U din hi sfida kbira ghalina lkoll ghax hafna drabi bil-kliem nghidu mod u bil-fatti nuru mod iehor: bil-kliem nghidu li rridu l-gid ta’ uliedna u z-zghazagh taghna u bil-mod ta’ ghixien nuru li qabilhom jigu x-xoghol, il-flus, il-bini, il-business, d-divertiment, u nistghu nibqghu insemmu. Hemm bzonn li ahna ma nkunux adicts ta’ affarijiet bhal dawn ghax allura, minghajr hafna ghajjat imma pjuttost bil-fatti, inkunu qed naghmlu l-isbah riklam lir-realtajiet li mhumiex ta’ gid ghall-futur ta’ uliedna. Fi kliem iehor, inkunu qed nghixu kontradizzjoni ta’ valuri u sahansitra noffurha liz-zghazagh taghna. Sfortunatament xi drabi nispiccaw ninqdew bihom. Mela ejjew nilqghu bis-serjeta’ din l-isfida: li npoggu liz-zghazagh taghna fic-centru u nezaminaw ta’ spiss il-mentalitajiet li ahna nibnu minn zmien ghal zmien. Ejjew infittxu liz-zghazagh…
3. IL-PROGRAMM – Mic-CENTRU, flimkien maz-ZGHAZAGH, niehdu DIREZZJONI
Permezz ta’ zghazagh, ejjew infittxu liz-zghazagh u flimkien niskopru l-potenzjal mohbi li lkoll ghandna u nizviluppawh, naghtuh direzzjoni. Dan hu l-programm li jrid jikkaratterizza l-Luqa Youth Centre: li mic-Centru niehdu Direzzjoni shiha, Holisitika: nikbru f’dak li huma sentimenti u relazzjonijiet umani u socjali, nikbru f’dik li hi intelligenza, nikbru f’dik li hi spiritwalita’ nisranija. Dan kollu allura juri li dan ic-Centru mhuwiex u m’ghandu qatt ikun post ghall-moghdija taz-zmien, imma post fejn tassew wiehed jista’ jikber fil-valuri umani u spiritwali. U hawn kulhadd ghandu x’jiskopri: kemm iz-zghazagh u kemm min imexxi. U ninbew tassew f’membri shah tal-komunita’ nisranija, ta’ komunita’ li hija bbazata u ispirata minn relazzjoni partikulari: dik ma’ Kristu – it-Triq, il-Verita u l-Hajja.
J’Alla ghalhekk din l-opportunita’ li ser joffri dan ic-Centru taz-Zghazagh f’Hal Luqa tilhaq tassew l-ghanijiet li ghalih dan ic-Centru twaqqaf. U tajjeb ghalhekk li kemm il-genituri imma fuq kollox iz-zghazagh stess japprezzaw ix-xoghol us-sagrificcji li saru s’issa biex illum dan il-post u fuq kollox l-ambjent ta’ bejnietna hu dak li hu. U ghalhekk nitolbu lil Alla biex ibierek din l-opra u l-isforzi li saru u li ghad isiru ghall-gid taz-zghazagh, il-futur tal-Knisja f’Malta.
Dun David Farrugia
Direttur Spiritwali LYC